Il-Kunsill Lokali ta’ Santa Luċija ħabbru li se jkun qed jitqiegħed velenu tal-ġrieden madwar il-lokalità.
Huma spjegaw, “Avviż Importanti lir-residenti. Il-Kunsill Lokali ta’ Santa Luċija, b’kollaborazzjoni mad-Direttorat tas-Saħħa ser jkun qed iwettaq ħidma ta’ kontroll tal-ġrieden bejn bejn it-02 u s-06 ta’ Frar 2026: Tqegħid ta’ lixki fis-sistemi tad-drenaġġ (sewers) – Dan jinvolvi t-tqegħid ta’ velenu kontra l-ġrieden f’manholes li jinsabu fit-toroq sekondarji. Normalment, din il-proċedura tieħu madwar 10 minuti għal kull manhole, u matul dan il-ħin jista’ jkun hemm impatt temporanju fuq it-traffiku.”
Qalu wkoll, “Tqegħid ta’ lixki f’żoni miftuħa – Dan jinvolvi t-tqegħid ta’ velenu kontra l-grieden f’żoni diffiċli biex jintlaħqu madwar il-lokalità, bħal ħitan tas-sejjieħ u kanali tal-ilma. Il-velenu użat f’dawn iż-żoni fih sustanza morra li tagħmlu mhux attraenti għal qtates, klieb u għasafar.”
“Għajnuna mill-pubbliku – Jekk tafu b’xi toroq jew żoni fil-lokalità tagħkom fejn hemm problema ta’ ġrieden, nitolbukom tinfurmaw lill-uffiċċju kkonċernat kemm jista’ jkun malajr, sabiex ukoll dawk iż-żoni jkunu trattati. Grazzi tal-koperazzjoni tagħkom.”
Facebook / Santa Luċija Local Council