“Bla Tlaqliq Ta' Xejn Ikolli Ngħid Li Kienet Esperjenza Pożittiva Għall-Aħħar” – Fabrizio Faniello

Kif ħafna ġa jafu, Mużika Mużika beda jilqa’ l-kanzunetti għall-festival tas-sena li ġejja. Il-kantanti parteċip fis-serati ta’ kmieni din is-sena qed jaqsmu l-ħsibijiet tagħhom fuq din l-esperjenza unika. Fabrizio kien wieħed mill-artisti li qasam dawn il-ħsibijiet.





Hu jgħid, “Bla tlaqliq ta’ xejn ikolli ngħid li kienet esperjenza pożittiva għall-aħħar. Konna ilna mixtieqin ferm għall-festival ta’ dan il-kalibru bil-lingwa tagħna u fl-aħħar wasal. Mhux talli hekk, talli kollox kien organizzat bl-aħjar mod possibbli.”

Fabrizio jkompli jżid, “Barra minn hekk, il-fatt li artist kellu ċ-ċans li jkun parti minn kunċert ma’ numru ta’ artisti oħra meqjusa veterani fis-serata tal-leġġendi kienet esperjenza oħra unika. Esperjenza li diffiċli biex ikollok bħalha.”



Infakkrukom li l-ġimgħa d-dieħla, wieħed jista’ jattendi Mużika Mużika Sajf. Għal aktar dettalji wieħed jista’ jżur il-paġna ta’ Mużika Mużika billi jidħol HAWN.

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI