B’niket kbir, fuq il-paġna ta' Teatru Manoel sellmu l-memorja ta’ Roderick Vassallo, li miet wara li kien ilu biss xahar magħhom.
It-tim ta' Teatru Manoel esprima d-dieqa tiegħu għat-telfa ta’ Roderick, li f’dan iż-żmien qasir irnexxielu jsir parti mit-tim u mill-familja tat-teatru.
“F’dan iż-żmien qasir, huwa sar parti mit-tim tagħna u kien ta’ pjaċir taħdem miegħu,” intqal fl-istqarrija, li tiddeskrivih bħala persuna li magħha wieħed seta’ jitkellem dwar kull suġġett.
It-tim fakkar ukoll il-karattru tiegħu u l-imħabba li kellu u jikteb li l-memorja tiegħu se tibqa’ magħhom.
“Se niftakru lil Roderick bħala kollega, ħabib u persuna li kienet tħobb taħdem f’tim u li saret parti mill-familja tat-Teatru Manoel,” kompliet l-istqarrija.
“Grazzi Ħabib tagħna Roderick, strieħ fis-sliem,” temmew jgħidu. Insellmu l-memorja tiegħu aħna ta' Gwida.mt. Kondoljanzi lill-familjari, qraba u ħbieb.