Boċċi – Il-Musical Malti Li Żgur M'Għandekx Titlef Dan Is-Sajf!

Ilbieraħ, kellna x-xorti li nkunu preżenti għall-ewwel rappreżentazzjoni tal-musical Boċċi. Musical li għandu ko-produzzjoni ta’ Teatru Malta u Give Or Take Productions, b’kitba ta’ Malcolm Galea u kompożizzjoni ta’ Matthew James. Id-direzzjoni kienet fdata f’idejn Philip Leone Ganado u Malcolm Galea. Biċċa xogħol mill-aqwa li kull min għandu f’qalbu dak li hu Malti, m’għandux jitilfu.

Musical miktub b’reqqa u b’sensittività li jgħaqqad diversi emozzjonijiet taħt kappa waħda. Minn mumenti emozzjonali għal mumenti li jnisslu tbissima. Forsi l-aktar ħaġa affaxxinanti li l-udjenza qed tattendi għal rappreżentazzjoni ġewwa klabb tal-boċċi. Il-pitch qed jinbidel f’palk u l-maġija ta’ dan il-fatt, toħloq dinamika interessanti mmens. Barra minn hekk, tesperjenza din il-produzzjoni fl-ambjent naturali tagħha.





Erba’ karattri prinċipali li jmexxu l-istroja prinċipali – Osmar, Jes, Martha u Jonathan li qed jiġu maħduma minn Joseph Zammit, Philip Vella, Becky Camilleri u Adam Ryan. Biċċa xogħol mill-aqwa mill-erbgħa li huma. L-udjenza se jkollha ċ-ċans tara l-karattri, jikbru, jinbidlu u jiżviluppaw quddiem għajnejhom stess. Dan l-element ċertament li jagħmel dan il-musical sinċier u fl-istess ħin emozzjonali. 

Mużika mexxejja li tesplora stili differenti, storja b’saħħitha li ddur madwar klabb tal-boċċi u atturi formidabbli li jżommu lill-udjenza attenta għal kull kelma, moviment u mossa. Mingħajr ma nidħlu wisq fil-mertu tal-istorja, ħalli ma nikxfux borom, nistgħu ngħidu li hi storja li tmiss fuq temi attwali mmens u fl-istess ħin tirrappreżenta wkoll l-isfidi li qed jiltaqgħu magħhom ċertu tradizzjonijiet Maltin li jsawru l-kultura tagħha. 



Jekk tridu lejla divertenti, nissuġġerixxu li tattendu għal din ir-rappreżentazzjoni li se tibqa’ għaddejja sal-20 ta’ Lulju. Kull weekend se jkunu qed iżuru klabb tal-boċċi differenti. Żur is-sit ta’ Teatru Malta billi tidħol HAWN għal aktar dettalji. Titlifux dan iċ-ċans!

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI