L-attur u produttur lokali Brandon Terribile sellem u rringrazzja b’mod speċjali lix-xandara u lill-ħaddiema tekniċi tal-istazzjonijiet tar-radju u tat-televiżjoni, li anke f’kundizzjonijiet diffiċli jibqgħu jagħtu servizz essenzjali lill-pubbliku.
Huwa fakkar kif, f’mumenti bħal dawn, ħafna familji madwar il-pajjiż isibu kumpanija u informazzjoni affidabbli permezz tar-radju u t-televiżjoni, li jibqgħu mixgħula fid-djar tagħhom tul il-ġurnata.
F’dan il-kuntest, Terribile enfasizza li dawn il-professjonisti, minkejja t-twissijiet u ċ-ċirkostanzi tat-temp, ma għandhomx l-għażla li jaħdmu mid-dar, peress li n-natura tax-xogħol tagħhom tirrikjedi preżenza diretta u xandir live ta’ kuljum.
F’post fuq il-paġna tiegħu ta’ Facebook, Brandon Terribile kiteb: “Ma nistgħux ma nagħtux rikonoxximent speċjali lil dawk ix-xandara u l-ħaddiema tekniċi tal-istazzjonijiet tagħna li, b’xi mod jew ieħor, huma parti essenzjali mis-servizz pubbliku. Minkejja t-twissijiet u ċ-ċirkostanzi, dawn ma jistgħux jaħdmu mid-dar, għax xogħolhom jirrikjedi li jkunu live kuljum… Grazzi kollegi.”
Prosit tassew x’erba’ kelmiet, Brandon!
Facebook/ Brandon Terribile