Camilleri Tal-Ħelu Issa Jinsabu Fuq Wolt: It-Togħmiet Tradizzjonali Issa Jistgħu Jitwasslu Sa Wara L-Bieb Tiegħek!

Din il-ġimgħa ġabet magħha aħbar mimlija ħlewwa għal dawk kollha li jħobbu l-ħelu tradizzjonali Maltin u ħafna aktar. C. Camilleri & Sons Ltd, l-eqdem ħanut tal-ħelu f’pajjiżna, issa jinsab uffiċjalment fuq Wolt.





Minn issa ‘l quddiem, tista’ tirregala lilek innifsek, jew lil xi ħadd tassew speċjali għalik, għażla kbira ta’ prodotti tradizzjonali u moderni mingħand Camilleri tal-Ħelu. Dan kollu jista’ jsir mingħajr int ma toħroġ mid-dar. Il-ħanut li għandu storja rikka, li wieħed isibu fil-qalba tal-Belt Kapitali Valletta, beda qed jagħti servizz ġdid permezz ta’ Wolt. Wieħed jista’ jordna pick n’ mix, kejkijiet u ħlewwiet friski, kif ukoll il-firxa popolari ta’ ħelu, fost ħafna prodotti oħra li jferrħu l-qalb u anke ż-żaqq! Xi tgħidu? 



Bi storja twila li tmur lura għas-seklu 19, C. Camilleri & Sons Ltd huma simbolu ta’ kwalità u tradizzjoni, magħruf għal ħlewwiet magħmula bl-aktar dedikazzjoni u mħabba għall-kultura Maltija. Illum, permezz ta’ Wolt, dan il-wirt ta’ togħmiet jista’ jasal għandek f’temp qasir u frisk, mingħajr ma tiċċaqlaq mid-dar tiegħek. Kemm jekk għandek xi mistednin, jew inkella għandek aptit xi ħaġa tajba jew forsi qed tiċċelebra xi jum speċjali issa tista’ tagħmel l-ordni tiegħek minn Camilleri tal-Ħelu

Wieħed jista’ jiskopri x-xelta kbira direttament minn hawn: Camilleri tal-Ħelu fuq Wolt u jekk tixtiequ tiskopru ftit aktar informazzjoni dwar l-istorja rikka tagħhom wieħed jista’ jidħol hawn: C. Camilleri & Sons Ltd

Għal ħlewwa spontanja jew għal ċelebrazzjoni speċjali, ħalli Camilleri tal-Ħelu iġiblek togħma tal-passat direttament fil-preżent.

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI