Hekk kif proprju ilbieraħ kien l-aħħar episodju ta’ Casa Celestina, dawk li kienu qed isegwuh se jkollhom l-opportunità jaraw x’ jiġri minn wara l-kwinti, il-ġimgħa d-dieħla.
Permezz ta’ messaġġ fuq il-midja soċjali, il-produzzjoni stiednet lis-segwaċi tagħha biex jingħaqdu magħha għal din l-esperjenza speċjali, filwaqt li rringrazzjathom tal-appoġġ li qed jagħtu lill-proġett.
“Il-ġimgħa d-dieħla ingħaqdu magħna minn wara l-kwinti! Grazzi talli segwejtna,” kitbet il-produzzjoni. L-inizjattiva mistennija tagħti ħarsa aktar mill-qrib lejn il-ħidma li ssir wara l-kameras u l-preparamenti meħtieġa biex titwassal il-produzzjoni lill-udjenza.
Il-filmat promozzjonali ġie maħdum minn Charlot Grima u Sebio Aquilina ta’ Audio Visuals.
Fb/ Casa Celestina