“Int L-Aqwa Missier” –  Bastjan Jingħata Sorpriża Ħelwa Fuq ‘Illum ma’ Steph’

Riċentament it-telespettaturi raw lil Bastjan fi rwol differenti mis-soltu waqt il-programm ‘Illum ma’ Steph’. Minflok fil-kċina jipprepara l-ikel, din id-darba hu kien il-mistieden ewlieni fuq is-sufan.

Għall-okkażjoni ta’ Jum il-Missier, il-produzzjoni ħejjietlu sorpriża sabiħa meta fuq il-programm dehru uliedu, Eman u Elena.



Għal Bastjan, din kienet sorpriża li ma żgur kienx qed jistenna! Hekk kif it-tfal waslu fuq il-programm tawh kartolina speċjali u qasmu kliem mimli mħabba u apprezzament lejn missierhom, filwaqt li tkellmu dwar il-kwalitajiet sbieħ tiegħu u dwar kemm hu importanti għalihom.



Il-mument kien wieħed mimli emozzjoni u tbissim u żgur li se jibqa’ memorja sabiħa għal Bastjan u għall-familja tiegħu.Awguri lil Bastjan f’Jum il-Missier! 



Ritratti:

Fb/ Illum ma’ Steph; Sebastian Debono

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI