Illum hi ċelebrazzjoni speċjali għall-kantanta lokali Jessica Magro, hekk kif apparti tiċċelebra għeluq sninha, tiċċelebra wkoll l-anniversarju miż-żwieġ.
Lil Jessica rajnieha f’diversi festivals bħal Epoka Festival, il-Konkors Kanzunetta Indipendenza Żgħażagħ, l-Għanja tal-Poplu Żgħażagħ, Malta Hit Song Contest, u Konkors Kanzunetta Indipendenza. Lura fl-2017 hi rebħet l-edizzjoni tal-Għanja tal-Poplu bil-kanzunetta Meta r-Ramel Jitħallat Mas-Silġ.
Jessica Nediet diversi kanzunetti oriġinali fosthom Fearless, Break The Silence u Natural.
Hekk hu kien bħal-lum meta żżewġet lill-imħabba ta’ ħajjitha, Ephraim. Għaddew propju erba’ snin minn meta qalu s-signor si.
Awguri doppja Jessica! Awguri lil Ephraim ukoll fl-anniversarju!
Facebook/ Jessica Magro