Il-linja 153 hija s-servizz nazzjonali ta’ għajnuna u informazzjoni ta’ Servizz.gov, li permezz tagħha l-pubbliku jista’ jikseb gwida dwar diversi servizzi tal-Gvern.
Se tkun disponibbli wkoll l-estensjoni 09, iddedikata għas-servizzi tad-Dwana, biex iċ-ċittadini u n-negozji jkunu jistgħu jirċievu assistenza u informazzjoni b’mod aktar faċli u effiċjenti.
"Ċempel b’xejn fuq il-linja tal-153 bl-estensjoni 09 sabiex tiġi gwidat dwar is-servizzi tad-Dwana," tikteb il-paġna Is-Servizz Pubbliku.