“Ċerti Li Se Tagħmel Lil Malta Kburija Bik” – Omm Chanel Monseigneur

Illum hija ġurnata verament speċjali għall-kantanta ċkejkna Chanel Monseigneur, propju propju għax illejla se tkun qed tirrappreżenta lil Malta waqt il-finali tal-Junior Eurovision Song Contest bid-diska Chasing Sunsets.





Omm Chanel, Charmaine, kitbet messaġġ dirett lil bintha fuq il-midja soċjali, fejn qaltilha: “Aħna 100% ċerti li se tagħmel lil Malta kburija bik! Grazzi lit-tim kollu involut!”



Charmaine kompliet billi ħeġġet lill-pubbliku biex jivvota lil Malta fuq www.jesc.tv. Apparti minn dan, wieħed jista’ jerġa jivvota llum waqt l-ispettaklu meta l-votazzjoni terġa’ tinfetaħ għal 15-il minuta.

Kull min jixtieq isegwi l-JESC, illejla se jkun qed jixxandar mill-5pm ’l hemm. Aħna minn Gwida.mt nixtiequ nawguraw lil Chanel!

Facebook/Chanel Monseigneur

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI