Riċentament tħabbret il-mewt ta’ Charles Demicoli. Permezz ta’ kitba fuq il-mezzi soċjali, l-Partit Nazzjonalista sellem il-memorja tiegħu.
Qalu, “Il-Partit Nazzjonalista jsellem il-memorja ta’ Charles Demicoli, li miet fl-età ta’ 80 sena – persuna li matul ħajtu ta kontribut għal snin twal fi ħdan il-PN. B’mod partikolari, Charles jibqa’ mfakkar bħala attivist għall-ħidma kbira tiegħu fi żminijiet meta d-demokrazija u l-libertà f’pajjiżna kienu mhedda. Matul is-snin tmenin, hu kien minn ta’ quddiem nett fid-difiża ta’ dawn id-drittijiet fundamentali.”
Żiedu, “Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Borg, flimkien mat-tmexxija tal-Partit Nazzjonalista, jibagħtu l-kondoljanzi tagħhom lill-familja ta’ Charles Demicoli.”
Mit-tim ta’ Gwida.mt nixtiequ nagħtu l-kondoljanzi tagħna lill-familjari kollha.