“Niftakarni Nibki Għax Inħoss In-Nuqqas Tiegħek. Wara 36 Sena, Il-Mulej Laqqagħna Flimkien” – Phyllisienne Brincat

Phyllisienne Brincat

Phylisienne Brincat fuq il-mezzi soċjali tagħha fakkret anniversarju għal qalbha immens. Tikteb dwar meta 12-il sena ilu, hi u żewġha Tony reġgħu iltqgħu wara 36 sena.

Minn dak in-nhar ma ħarsux lura, u għadhom sodi flimkien. "Niftakarni nibki għax inħoss in-nuqqas tiegħek. Wara 36 sena, il-Mulej laqqagħna flimkien… Illum, wara 12-il sena mill-isbaħ flimkien, u sentejn żwieġ, nirringrazzja lil Alla kuljum tar-rigal li għandi lilek bħala żewġi."

F'isem it-tim ta' Gwida, nawgurawlhom l-isbaħ xewqat u nittamaw li jkollhom jum mimli b'dak kollu li tixtieq qalbhom. Nawgurawlhom aktar saħħa, imħabba u memorji sbieħ flimkien.

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI