Illum jiċċelebra għeluq sninu l-kantawtur lokali Philip Vella. Philip twieled fis-sena 1958, b'hekk illum hu jagħlaq 68 sena.
Lil Philip nafuh ukoll bħala kompożitur ta' diversi kanzunetti lokali, inkluż numru ta' kanzunetti li rrappreżentaw lil Malta fil-Eurovision Song Contest.
Hu kien ukoll il-kompożitur rebbieħ tal-ewwel edizzjoni u t-tielet edizzjoni ta' Mużika Mużika, fejn kien responsabbli mill-mużika tal-kanzunetta Ħarsa Biss ta' Glen Vella u l-kanzunetta Sabiħa ta' Gianluca Bezzina. Iż-żewġ kanzunetti kellhom lirika ta' Joe Julian Farrugia.
F'dan il-jum fost dawk li awgurawlu kien hemm il-preżentatur Twanny Scerri. "Illum insellem lil wieħed mill-aqwa kantawturi Maltin Philip Vella li qed jiċċelebra għeluq sninu. Kemm tana kanzunetti mill-aqwa u kemm kiteb oħrajn għall-kantanti oħra! Ħdimt ħafna ma' Philip f'ħafna pjazez u teatri!"
F'isem it-tim ta' Gwida, nawguraw lil Philip l-isbaħ xewqat u nittamaw li jkollu sena mimlija saħħa, hena u suċċess. Awguri mill-qalb!
Facebook/ Philip Vella