Claudette Pace ilbieraħ tat sorpriża lil dawk li attendew il-kunċert ta’ EuroPride Valletta. Hi kantat id-diska famuża tagħha ‘Desire’, li mmarkat il-quċċata tal-karriera mużikali tagħha bis-suċċess kbir li kellha, u li għadha tindaqq ta’ spiss mill-Maltin, anka wara 23 sena.
In-nies fl-attendenza żgur mhux forsi ħadu gost b’din is-sorpriża, li mill-filmat jidher li kulħadd kien qiegħed jiżfen!
View this post on Instagram