Raisa Camilleri Ta’ Big Brother Malta Żżewġet Lill-Imħabba Ta’ Ħajjitha Henry Busuttil Rigaud

Raisa u Henry

L-eks parteċipanta ta’ Big Brother Malta, Raisa Camilleri, iżżewġet lill-imħabba ta' ħajjitha, Henry Busuttil Rigaud, f’ċerimonja sabiħa u emozzjonali.

Kien hemm il-familja, il-ħbieb u persuni qrib il-koppja biex jiċċelebraw din il-ġurnata speċjali.

Matul il-vjaġġ tagħha fid-dar ta’ Big Brother Malta, Raisa kienet spiss titkellem b’imħabba kbira dwar Henry, li dak iż-żmien kien l-għarus tagħha. Hi kienet taqsam ma' sħabha fid-dar kemm kienet ħerqana biex flimkien jagħmlu l-pass li jmiss fir-relazzjoni tagħhom.

Issa, dik il-ħolma saret realtà hekk kif il-koppja bdiet il-ħajja fiż-żwieġ f’atmosfera mimlija ferħ. Il-preżentatur Malti Keith Demicoli wkoll attenda għaċ-ċelebrazzjoni u qasam mumenti mill-ġurnata fuq Instagram.

Flimkien mar-ritratti kiteb, "Ċertu stediniet huma iktar speċjali. Ċertu stediniet jistħoqqilhom iva mill-ewwel. Awguri mill-qalb Raisa u Henry."



Nawguraw lill-koppja kull ġid, saħħa u hena fil-ħajja miżżewġa tagħhom.

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI