Covid-19: Iħalluna Tliet Persuni Oħra… Total Ta’ 111

Sfortunatament għadhom kif ħallewna tliet anzjani oħra li kienu pożittivi bil-Covid-19.

Fl-ewwel każ, anzjan ta’ 80 sena, li kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fid-9 ta’ Novembru, miet ilbieraħ fl-Isptar Mater Dei.

Fit-tieni każ, anzjana ta’ 82 sena, li kienet ikkonfermata pożittiva għall-Covid-19 fid-9 ta’ Novembru, mietet aktar kmieni llum fl-Isptar Mater Dei.

Fit-tielet każ, anzjan ta’ 70 sena, li kien ikkonfermat pożittiv fis-6 ta’ Novembru, miet aktar kmieni llum fl-Isptar Mater Dei.

Il-Ministeru għas-Saħħa, filwaqt li ta l-kondoljanzi lill-familjari tal-anzjani, appella biex kulħadd jimxi mal-miżuri ta’ prevenzjoni, biex b’hekk nissalvagwardjaw lil dawk l-aktar vulnerabbli fis-soċjetà tagħna.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI