Il-Ministru Julia Farrugia Portelli F'Sessjoni Tat-Taħriġ Tar-Rugby!

Il-Ministru għall-Inklużjoni u l-Kwalità tal-Ħajja Julia Farrugia Portelli, illum qamet bi qtugħ ta’ laħam, wara li għamlet ftit sigħat tippratika sports ġdid!

Julia qatt ma kienet tobsor li ser tilgħab ir-Rugby u lbieraħ stiednet lis-Segretarju Clifton Grima biex filgħaxija jagħmlu taħriġ għar-rugby! Iżda dan kien kollu parti mill-proġett tal-fondazzjoni BRIAN. “Nemmen li r-rugby hu sport li jibgħat messaġġ b’saħħtu ta’ tim u li wieħed jgħin lill-ieħor. Imma hija wkoll dixxiplina, li simili bħall-ħajja, tgħallmek li meta taqa’ jew tweġġa’ trid tqum u tkompli. Rajna d-differenza fil-klijenti tal-Aġenzija Sapport li ilhom mill-2019 jattendu għal dawn is-sessjonijiet” kitbet Julia.





Proset Julia! Tgħid ser tkompli tippratika?



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI