“Dalgħodu Tlifna Liz-Ziju Maħbub Tagħna. Se Nimmissja L-Umoriżmu Tiegħu Bla Qies…” – L-Attur Lokali Toni Attard

L-attur lokali Toni Attard ħabbar il-mewt tal-għażiż zijuh! Hu sellimlu bl-isbaħ mod possibbli permezz ta’ post fuq Facebook.

Toni jikteb, “Dalgħodu tlifna liz-ziju tagħna maħbub. Se nimmissja l-umoriżmu tiegħu bla qies, il-kummenti tiegħu mqarbin u t-tarja epika tiegħu ta’ nhar ta’ Sibt wara nofsinhar. Kien bħal missier ieħor għalija – dejjem kien jgħidha kif inhi u jilqa’ lil kulħadd b’idejh miftuħin.”





Hu jgħid, “Żgur li hekk se jilqgħuh ukoll fuq in-naħa l-oħra. Grazzi Gużi talli għallimtni tant dwar il-ħajja. Il-kondoljanzi tiegħi lil zija Ġużeppina, lill-kuġini Alison u David, lill-familja kollha u lill-ħbieb kollha. Nixtieq li f’dan il-jum diffiċli ma kontx daqshekk ’il bogħod fiżikament.”

Hu jtemm jgħid, “Ħares fuqna Joe Bezzina, u gawdi d-diskussjonijiet fuq il-futbol mal-Pa.” F’isem it-tim ta’ Gwida, insellmu l-memorja tiegħu u ngħaddu l-kondoljanzi tagħna lill-familja u l-ħbieb.

Facebook / Toni Attard



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI