Dalgħodu, mat-tokki tal-għaxra ta' filgħodu, fil-Bażilika ta' Kristu Re f'Raħal Ġdid bdiet tingħata l-aħħar tislima lil Kelly Caruana; it-tfajla ta' 18-il sena li ħalliet din id-dinja ftit jiem ilu wara li sfat vittma ta' inċident tat-traffiku f'Ħal Qormi.
Bosta li rreaġixxew għall-aħbar li ħalliet din id-dinja daqstant kmieni tkellmu dwar il-passjoni li Kelly kellha għall-jiem tal-Karnival. Faħħru wkoll il-karattru simpatiku u l-personalità twajba u altruwista li hi kellha.
Ftit jiem ilu nħareġ ukoll appell għall-għajnuna finanzjarja hekk kif il-familja wrew ix-xewqa li binthom tiġi kremata.
Strieħ fis-sliem, Kelly.
Facebook / Arilena Busutill u Kelly Caruana