“Kull Filgħaxija Nitlob Lill-Bambin Itini Lejl Ta’ Mistrieħ” – Bro Edward Fl-Aħħar Intervista Tiegħu

Ilbieraħ ħarġet l-aħbar li sfortunatament fl-età ta' 102 ħalla din id-dinja Brother Edward Galea. Fuq medda ta' madwar 80 sena, Brother Edward għallem eluf ta' studenti f'De La Salle.

Ftit sigħat ilu, il-preżentatur lokali Fabian Demicoli tella' filmat fuq il-midja soċjali fejn fih il-Brother jidher qed jagħti dik li x'aktarx kienet l-aħħar intervista tiegħu waqt il-programm 'Aħbar Tajba'. L-intervista jidher li kienet saritlu lura f'Ġunju tal-2024.

Fabian stqarr li għalih din l-intervista kienet waħda emozzjonanti għaliex hu kien ilu jammira lil Brother Edward minn meta kellu biss 5 snin. "Nibqgħu għal dejjem midjuna miegħek, Brother, għas-servizz li tajt kif ukoll għat-tjubija u l-impatt li ħallejt fuq bosta ħajjiet," kiteb Fabian lill-mibki Brother Edward Galea.

Fl-intervista l-Brother jitkellem dwar is-sigriet sabiex wieħed jgħix ħajja daqstant twila u serena. "Jiena kull filgħodu nqum nirringrazzja lill-Bambin u lill-Madonna talli tawni lejl tajjeb... spiss ukoll qabel ma norqod inkellem lil San Ġużepp ukoll... nitlobhom sabiex ikunu miegħi matul il-lejl ħalli għada nkun nista' nkompli nkun persuna aħjar," kien sostna Brother Edward.

Strieħ fis-sliem, Brother Edward.

Ritratti:

Facebook / Fabian Demicoli u Nicholas Briffa

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI