“Dan Huwa SCAM. Tagħtux Kasu U Evitaw Tiktbu Dettalji Personali” – Iċ-Ċentru Tad-Demm Malta

Il-paġna uffiċjali tad-donazzjonijiet tad-demm Malta wissiet dwar scam li qed tuża ritratti mill-paġna tagħhom.

F’din l-iscam, wieħed jirċievi messaġġ li jgħidlek li għadek kif irbaħt kompetizzjoni u bħala l-aħħar pass, wieħed għandu jdaħħal in-numri tal-karta tal-kreditu tiegħu bħala verifika tal-informazzjoni tiegħek. Dan huwa l-mod kif min hu wara din l-iscam, ikun jista’ jaċċessa l-flus tiegħek.

Il-paġna Blood Donation Malta kitbet, “Notifika urġenti: Is-servizz nazzjonali tad-demm ma bagħatx dan il-messaġġ. Dan huwa SCAM. Tagħtux kasu u evitaw tiktbu dettalji personali. L-uffiċjali tar-relazzjonijiet pubbliċi tagħna jkellem lir-rebbieħa tal-kompetizzjonijiet tagħna.”



Infakkrukom biex ma tiktbux l-informazzjoni tal-karta tal-bank tagħkom u tinjoraw il-messaġġ għaliex min jirbaħ kompetizzjonijiet li veru huma organizzati miċ-ċentru tad-demm, mhux se jiġi mitlub dawn id-dettalji.





Ritratti:

Facebook / Blood Donation Malta – NBTS

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI