Mument mill-isbaħ għall-familja tal-kantant lokali Dan hekk kif ħabbar it-twelid ta' bintu, Ella Marie. Permezz ta' post fuq il-midja soċjali, Dan qasam l-aħbar sabiħa mas-segwaċi tiegħu u żvela li Ella Marie twieldet kmieni llum, it-23 ta' Lulju 2026.
Huwa qal b'umoriżmu li ċ-ċkejkna ħalliet lill-familja tistenna bil-ħerqa għal sitt ijiem qabel fl-aħħar għamlet id-debutt tagħha fid-dinja. Dan żied jgħid li kemm l-omm kif ukoll it-tarbija jinsabu f'saħħithom u sejrin tajjeb.
Nawguraw lill-ġenituri l-isbaħ xewqat għal dan il-kapitlu ġdid f'ħajjithom, filwaqt li nilqgħu lil Ella Marie fid-dinja b'ħafna mħabba u awguri. Ninsabu ċerti li Valentino jinsab ħerqan ħafna biex jiltaqa' ma' oħtu ż-żgħira!
Facebook / Daniel Muscat Caruana