L-attur Malti Gino Lombardi qed jiċċelebra għeluq is-66 sena tiegħu u fuq il-midja soċjali qasam kelmtejn li jirriflettu l-ispirtu pożittiv tiegħu.
Fil-messaġġ ewlieni tiegħu kiteb "Kapitlu 66", filwaqt li rringrazzja lil Alla, lill-familja u lill-ħbieb li, kif qal hu stess, għamlulu ħajtu “b'tifsira”. Żied ukoll li qed jilqa’ dan il-kapitlu l-ġdid ta’ ħajtu b’paċi, kwiet u ferħ.
"Grazzi Mulej talli dejjem kont miegħi… nittama li l-kapitli li ġejjin ikunu mimlija paċi, kwiet u ferħ," kiteb Gino.
Fl-istess ritratt hemm ukoll karozza klassika Route 66, bħala simbolu tal-vjaġġ tal-ħajja, flimkien ma’ lista tal-“pjan” tiegħu għall-futur: "kafè tajjeb, ħbieb tajbin, veduti sbieħ, ħajja mingħajr għaġla u aktar daħk."
Awguri Gino!
Facebook/ Gino Lombardi