Lorinda Mamo kitbet messaġġ t’awgurju lill-għażiż Bruno, il-kelb tal-familja li llum jagħlaq sena.
Hi kitbet, “Irrealizzajna li Bruno kien dak li se jikkumplimenta lill-familja tagħna l-mument li rajna r-ritratt tiegħu. Wasal Malta meta kellu biss erba’ xhur, u llum jagħlaq SENA!”
Hi spjegat li l-kelb għallimha diversi affarijiet, iżjed milli qatt stenniet li se titgħallem minn kelb. Spjegat li l-iktar ħaġa importanti li qatt għallimha kienet il-konnessjoni li bena ma’ Henry. Saru ħbieb tal-qalb, u Bruno qatt ma jitlaq minn hdejh. Dan il-kelb għandu mod kif ikun eżatt dak li għandhom bżonn, u Lorinda spjegat li qatt ma fehmet b’mod sħiħ x’veru tfisser il-frażi ‘isir parti mill-familja’ sakemm għexitha hi stess.
Nawguraw mill-qalb lill-għażiż Bruno! Nisperaw li jkollu ġurnata mill-isbaħ mimlija bews u fsied!
Facebook / Lorinda Mamo