“Dan Il-Messaġġ Hu Għal Dawk Li Ma Baqgħalhom Lil Ħadd, Dawk Li Ħadd Ma Jiftakar Fihom” – Johan Mifsud

Il-personalità lokali Johan Mifsud iddedika kelmtejn profondi fuq il-paġna tiegħu għal kull min iħossu li m’għandu lil ħadd li jiftakar fih. Johan ħa l-ħin biex jgħid lil dawn il-persuni li hu qed jaħseb fihom u jixtiqilhom il-ġid.

Hu kiteb, “Dan il-messaġġ hu għal dawk li ma baqgħalhom lil ħadd, dawk li ħadd ma jiftakar fihom, dawk li jinsabu l-isptar waħedhom jew ma’ uliedhom jiġġieldu kuljum, dawk l-anzjani abbandunati minn kulħadd, u dawk li qegħdin fid-dlam. Xtaqt ngħidilkom li ftakart fikom, u minn hawn nibgħatilkom tgħanniqa kbira u ħafna mħabba u talb. Agħmlu kuraġġ, j’Alla l-Bambin idawwalkom b’ħafna affarijiet sbieħ. Il-Ħadd it-tajjeb sbieħ tiegħi.”





Huwa tassew ġest sabiħ li niftakru f’ħaddieħor.

Facebook / Johan Mifsud



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI