“Dan Il-Qattus Inġabar Minn Xlendi Lbieraħ Wara Li Deher Ma Jiċċaqlaqx Minn Postu Għal 3 Ijiem.” – Animal Welfare Gozo

qattus

Animal Welfare appellat lill-pubbliku wara li qattus instab fi Xlendi fejn kien ilu għal tlett ijiem ma jiċċaqlaqx minn postu.

Il-qattus inġabar ilbieraħ wara li residenti nnutaw li baqa’ fl-istess post għal diversi jiem. Skont Animal Welfare, il-qattus jidher li kien qattus domestiku hekk kif imur tajjeb man-nies u msewwi.

Milli jdher mhux imdorri jgħix fit-triq u sfortunatament ma kienx microchipped, fatt li qed jagħmilha aktar diffiċli biex jinstab sidu.

L-awtoritajiet qed jitolbu lil kull min għandu xi informazzjoni dwar dan il-qattus sabiex iċempel fuq 7969 1717.

Animal Welfare appellat ukoll biex il-post jinxtered fuq il-midja soċjali bit-tama li l-qattus jerġa’ jingħaqad mas-sidien tiegħu.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI