"Żgur Li Se Nimmissja L-Kaos, L-Enerġija, Id-Drama… U L-Imħabba. Għas-Sena D-Dieħla" – Giselle, Il-Preżentatriċi Ta’ Love Island Malta

Giselle, il-preżentatriċi karismatika ta’ Love Island Malta, tirrifletti fuq l-avventura intensiva li għaddiet minnha matul dan l-aħħar staġun. Għaliha, dan kien vjaġġ ġdid, daħlet f’dinja li kienet differenti minn kollox li kienet taf, imma ħarġet minnu b’dinjità, unuri, u ħafna tifħir.

F’messaġġ emozzjonanti mas-segwaċi tagħha fuq il-midja soċjali, Giselle esprimiet kemm kienet grata għal din l-esperjenza unika u qalbiena. Hija ttemm il-messaġġ tagħha bil-kliem, “Żgur li se nimmissja l-kaos, l-enerġija, id-drama… u l-imħabba. S’għas-sena d-dieħla — Ir-raba’ staġun, ħerqana għalik!”

Wara staġun ieħor ta’ suċċess, emozzjonijiet u mumenti li ma jintesewx, Giselle diġà qed tħares ’il quddiem biex terġa’ tirritorna fil-villa u tkompli tagħti ħajja lil dan l-ispettaklu tant maħbub.

Love Island Malta, li kiseb segwitu kbir f’Malta u anke barra minnha, mistenni jirritorna fis-sena d-dieħla b’aktar drama, mumenti romantiċi, u ħafna sorpriżi. S’issa għad m’hemmx aktar dettalji, iżda ħaġa waħda hija ċerta. Giselle tinsab lesta biex toħloq aktar memorji ma’ dawk li jsegwuha minn ġewwa kull dar.

View this post on Instagram

A post shared by Giselle (@giselle_xx)







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI