Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom, Maltese Islands Weather qasmu mas-segwaċi tagħhom aktar informazzjoni rigward sak li għandna nistennew mit-temp.
Bdew billi qalu, “Illum, il-Ġimgħa 9/1, ir-riħ naqas b’mod konsiderevoli u qed ivarja bejn Forza 5 u 6, filwaqt li s-sema hija fil-biċċa l-kbira ċara.”
Żiedu jgħidu wkoll, “Kif kien imbassar, fi tmiem il-ġimgħa mistennija terġa’ taffettwa lill-Gżejjer Maltin sistema’ ta’ temp instabbli. Riħ b’qawwa ta’ riefnu (Forza 7 sa 8) mill-Punent Majjistral se jaħkem iċ-ċentru tal-Mediterran minn nofs filgħodu tas-Sibt 10/1 sa nofs waranofsinhar tal-Ħadd 11/1. Dan ir-riħ se jkun akkumpanjat minn xita frekwenti b’possibbiltà ta’ silġ. It-Tnejn 12/1 mistenni jkun jum ieħor fil-biċċa l-kbira sabiħ.”