Illum jiċċelebra għeluq sninu l-kummissarju għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità, Oliver Scicluna. F’dan il-jum speċjali Oliver qasam ritratt ta’ meta kien għadu tarbija. Ritratt tassew ħelu li bla ma trid tiggosta l-ħarsa innoċenti fuq wiċċ Oliver meta kien għadu żgħir.
Oliver kiteb, “Għaddew 34 sena… għal li jmiss!” Aħna f’isem it-tim kollu ta’ Gwida.mt nawgurawlu f’għeluq sninu u nittamaw li jkollu sena mimlija b’dak kollu li tixtieq qalbu. Ċertament nafu li ħa jibqa’ jsemma’ leħnu għal dawk fil-bżonn u jiġġieled għad-drittijiet tagħhom.
Awguri Oliver!
Facebook / Oliver Scicluna