"Dan Ir-Ritratt Ta’ Kull Sena Jfakkarni Ċ-Ċans Tal-Ħajja Li Ommi U Missieri Riedu Li Ngħix." – Oliver Scicluna

Oliver Scicluna kiteb dwar jum għeluq sninu, li jaħbat propju għada. Oliver f’dan il-jum jesprimi kemm japprezza l-imħabba li dejjem urewh il-ġenituri l-ewwel nett, li kienu huma li tawh il-ħajja.

“Għada jum twelidi. Dan ir-ritratt ta’ kull sena jfakkarni ċ-ċans tal-ħajja li Ommi u Missieri riedu li ngħix. Kienu jafu li ser ikollom jitilaw muntanja wara oħra, u xorta waħda għażlu dik it-triq.”

Oliver ikompli bir-ringrazzjamenti, “Grazzi lilhom u lil kull min emmen fija biex għada nilħaq id-39 sena (qed nixjieħ). Ma nistax jien ma nħarisx lura u ma’ nirringrazzjax lil Alla (temmen jew le xi ħaġa kbira teżisti).”

Awguri mill-qalb Oliver!







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI