Dr Josephine Ebejer Grech tkellmet fuq il-paġna tagħha dwar sitwazzjoni li qasmitilha qalbha.
Hi spjegat, “Bħala xi ħadd li jaħdem għall-benesseri ta’ studenti post-sekondarja, inħoss li ma nistax ma nitkellimx. Illum, qalbi weġġgħetni kif rajt studenti ta’ 18-il sena ħerġin minn resit tal-A level, twil 3 sigħat, b’wiċċhom aħmar, għajjenin, u maħsulin għaraq għax il-klassijiet ma kellhomx AC iżda biss fann mhux daqstant b’saħħtu. Dawn l-istudenti ilhom sajf sħiħ jistudjaw wara li ma ġabux ir-riżultati mixtieqa f’Mejju. Waqt li sħabhom kienu msiefrin, huma kienu qed jistudjaw u jinkwetaw biex jagħtu lilhom infushom ċans ġdid. Diġa kienu stressjati wisq. Qalbi nkisret narahom ipoġġu għal eżami f’dawn il-kundizzjonijiet.”
Żiedet tgħid, “L-istudenti tagħna jaħdmu ħafna u jistħoqqilhom aħjar.”
Kuraġġ lill-istudenti kollha!
Facebook / Josephine Ebejer Grech