Michelle Rausi xerrdet ritratt tal-għażiża bintha flimkein ma’ staff mediku li kien hemm għaliha ftit ilu. Michelle, bħala omm, tapprezza l-appoġġ li taw lil bintha l-ħin kollu.
“Dan kien l-aħħar ritratt li ħadna qabel ħriġna mill-ispta. Nixtieq niringrazzja lill-istaff tal-emerġenza u l-istaff ta’ Disneyland. M’hemmx grazzi biżżejjed. Dawn jirnexxilhom ibiddlu l-esperjenza f’waħda sabiħa. Kull wieħed u waħda minnhom u lilkom li kontu l-ħin kollu hemm magħna. Grazzi kbira.”
Ninsabu ferħana għalik li tinsab lura d-dar Francesca!
Facebook/ Michelle Rausi