“Daqshekk Perikolu Fit-Telgħa Ta’ Triq L-Ifran, Il-Materjal Li Użajna Huwa Materjal Li Jintuża Għar-Runways Tal-Ajruplan” – Is-Sindku Alfred Zammit

Alfred Zammit, is-Sindku tal-Belt jgħid, “Daqshekk perikolu fit-telgħa ta’ Triq l-Ifran, il-materjal li użajna huwa materjal li jintuża għar-runways tal-ajruplani biex fix-xita ma tiżloqx. Il-mandat tagħna għal ħames snin u sentejn pandemija li waqfitna! Inħallu kapitali aħjar għal kulħadd!”

Kull min xi darba jew oħra saq f’din it-triq żgur irrealizza li ma kinitx daqstant faċli għall-karozzi li jitilgħu dik it-telgħa. Mhux l-ewwel darba li tinzerta xi karozza tgħaqqad it-tyres fix-xejn sakemm tkompli l-vjaġġ tagħha b’xi mod jew ieħor. Dan minħabba li t-triq kienet tiżloq.

Il-kunsill lokali jidher li ħa azzjoni biex xi ħaġa bħal din ma tkomplix tiġri, tant li intuża materjal li jintuża fir-runways. Prosit tassew! Ċertament li ħafna nies li jużawha ħa japprezzaw!





Facebook / Alfred Zammit



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI