“Dawn Mhux Bodyguards… Imma Żewġt Irġiel B’Qalb Tad-Deheb!” – Bjorn Formosa

Illum ġew iżuru lil Bjorn Formosa żewġt irġiel bi ġkieket suwed bil-kliem ‘ALS Malta’ fuqhom.

Bjorn spjega, “Dawn mhux bodyguards… imma żewġt irġiel b’qalb tad-deheb! Ġimgħa ilu tajniehom il-ġakketta simbolika ta’ lealtà u appoġġ, għax kienu u għadhom dejjem hemm għalina. Grazzi liz-żewġ Ivans: wieħed il-gar u l-ieħor ir-raġel ta’ waħda mir-residenti tagħna. Il-preżenza tagħkom tfisser ħafna għalina. Mhux biss tgħinuna, imma tpoġġu l-qalb tagħkom f’dak kollu li tagħmlu. Miegħek Jien… u intom dejjem magħna!”

Nirringrazzjawhom mill-qalb tal-appoġġ kontinwu li joffru mill-qalb. Ġesti nobbli bħal dawn tassew jistgħu jbiddlu l-ħajja ta’ xi ħadd ta’ taħt fuq. Huma verament ta’ ispirazzjoni għalina.





Facebook / Bjorn Formosa



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI