Il-kantawtur lokali Philip Vella żgur li m’għandu bżonn ebda introduzzjoni iżda aktar kmieni dalgħodu ħareġ kanzunetta mill-album tiegħu 60+. Kanzunetta personali ferm u differenti minn dawk li mdorrijin naraw lil Philip bihom.
Din id-darba, il-kantawtur qed jagħtina kanzunetta mill-qalb, b’lirika profonda u li żgur tinżel tajjeb għal Jum San Valentinu. Kanzunetta b’dedika speċjali lill-għażiża martu. Philip fuq il-paġna tiegħu kiteb, “Ma niddejjaqx ngħid li Għalfejn Tħobbni Daqshekk? ktibtha għal omm uliedi, għal marti, dik il-persuna li dejjem emmnet fit-talenti tiegħi, li dejjem kienet hemmhekk warajja, anke meta forsi kont qalbi maqtugħa.”
Hu jkompli jżid, ” Inħoss li din hija l-aktar kanzunetta personali li ktibt għalija nnifsi, iżda nittama li intom tistgħu tagħmlu użu minnha biex taqsmu ħsibijietkom mal-għeżież tagħkom.”
Aħna ħa nħallukom tgawdu din il-kanzunetta mill-qalb!
Facebook / Philip Vella