“Dejjem F’Qalbi U Naf Li Tkun Miegħi Kontra L-Ostakli” – DJ Sue Tfakkar Lil Missierha Fl-Ewwel Anniversarju Minn Mewtu

DJ Sue qasmet messaġġ emozzjonanti fuq il-midja soċjali hekk kif fakkret l-ewwel anniversarju mill-mewt ta’ missierha, magħruf bħala Leli. “Bħal-lum sena Daddy Leli,” kitbet, filwaqt li esprimiet kemm it-telfa tiegħu għadha tinħass fil-ħajja tagħha ta’ kuljum.

Fil-messaġġ tagħha, DJ Sue qalet li għadha tħoss il-preżenza ta’ missierha magħha, speċjalment meta taffaċċja diffikultajiet u sfidi. Hija rringrazzjatu għall-valuri li għaddielha matul ħajtu, fosthom il-kuraġġ, is-saħħa u t-twemmin li s-sewwa dejjem jirbaħ.



“Dejjem f’qalbi u naf li tkun miegħi kontra l-ostakli għax dejjem għallimtni nkun b’saħħti u li s-sewwa jirbaħ dejjem,” kitbet. Il-kitba tagħha qanqlet diversi messaġġi ta’ appoġġ u solidarjetà mingħand segwaċi u ħbieb, li ngħaqdu magħha fit-tifkira ta’ Daddy Leli sena wara mewtu.



DJ Sue għalqet il-messaġġ tagħha b’tislima qasira iżda mimlija sentiment, “Strieħ fis-sliem.”



Ritratti:

Facebook / Sue Mifsud

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI