Taż-Żejtun Jerġgħu Jagħmluha – Rekord Nazzjonali Ġdid Fil-Festa Ta’ Santa Katarina

Il-festa ta’ Santa Katarina fiż-Żejtun kompliet tikteb l-istorja hekk kif twaqqaf rekord nazzjonali ġdid fil-qasam tal-piroteknika mill-Kummissjoni Nar fi ħdan is-Soċjetà Mużikali Beland. Skont Malta Records, li kienet preżenti biex tivverifika r-rekord, il-proċess tal-għadd u l-verifiki beda sa mis-18:00 qabel l-ispettaklu li sar fuq il-bejt tal-każin tal-banda.



Ir-rekord kien jikkonsisti fl-itwal arblu magħmul minn festun bil-flashpots, akkumpanjat bil-mużika u maħruq bħala parti mill-attivitajiet tal-festa. L-arblu kellu tul ta’ 70 pied u kien magħmul minn 544 flashpot. L-ispettaklu pirotekniku dam għaddej għal 9 minuti u 04.28 sekondi, u wara l-verifiki kollha meħtieġa ġie kkonfermat bħala rekord nazzjonali ġdid.



F’kitba fuq il-midja soċjali, Malta Records faħħret l-isforz tal-Kummissjoni Nar u rringrazzjat lill-Belandiżi tal-merħba li sabet waqt iż-żjara tagħha fiċ-Città Beland. Dan is-suċċess ikompli jżid mal-prestiġju tal-festa ta’ Santa Katarina, waħda mill-aktar festi popolari fil-gżejjer Maltin, filwaqt li juri l-livell għoli ta’ dedikazzjoni u kreattività li jikkaratterizza l-qasam tal-piroteknika f’Malta.



Ritratti:

Facebook / The Malta Records

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI