“Ma, Għażiża Ommi, Waslet Il-Ġurnata Li Tant Ili Nippjana U Noħlom Biha.” – Ivan Gaffiero Lill-Għażiża Ommu

Ivan Gaffiero qasam messaġġ mill-aktar emozzjonanti ddedikat lil ommu fl-okkażjoni ta’ għeluq sninha, fejn esprima l-imħabba, il-gratitudni u l-apprezzament tiegħu lejn il-mara li sejjaħ “il-qalb tal-familja tagħna”.

Fuq il-midja soċjali, Ivan kiteb, “Ma, għażiża ommi, waslet il-ġurnata li tant ili nippjana u noħlom biha. Illum huwa jum speċjali għalik – il-birthday tiegħek. Illum wasalt għal din l-età tant sabiħa, u dejjem kont noħlom li meta tasal sa hawn nagħmillek festa kif jixraqlek.”



Hu kompla billi esprima kemm iħossu fortunat li għandu omm bħalha, u faħħar il-kuraġġ u s-saħħa li dejjem uriet tul ħajjitha. “Kemm jien kuntent u xxurtjat li għandi omm bħalek. Omm li, għal kull salib li sabet quddiemha fil-ħajja, kienet dejjem kapaċi terfgħu b’kuraġġ u b’saħħa kbira,” kiteb Ivan.



Fil-messaġġ tiegħu semma wkoll kif il-familja kienet se tiċċelebra dan il-jum speċjali flimkien. “Illejla se nirringrazzjaw lil Alla flimkien bil-quddiesa li se jkollok, u wara niċċelebraw mal-familja u mal-ħbieb antiki.”



L-aktar kliem li laqat kien dak ta’ ringrazzjament lejn ommu għas-sagrifiċċji u l-imħabba li dejjem uriet lejn il-familja. “Grazzi ta’ kollox, Ma. Għamilt ħafna għalina u dejjem kont il-qalb tal-familja tagħna. Inħobbok ħafna, u nitlob lil Alla jberikek b’saħħa, ferħ u paċi għal ħafna snin oħra.”

Ivan temm il-messaġġ tiegħu b’sentiment li żgur mess il-qlub ta’ ħafna, meta qal: “Qatt ma nixtieq noqgħodu mingħajr xulxin. Happy Birthday, Ma!” Il-kitba ġabet magħha bosta awguri u kummenti sbieħ mingħand ħbieb u segwaċi, li ngħaqdu miegħu biex jawguraw lil ommu f’dan il-jum speċjali.

Ritratti:

Facebook / Gaffiero Ivan

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI