“Dejjem Tibqa’ T-Tarbija Tiegħi” – Stephanie Chircop Tiċċelebra Għeluq It-18-il Sena Ta’ Bintha Krista

Il-preżentatriċi u kantanta Maltija Stephanie Chircop iċċelebrat mument speċjali fil-familja tagħha hekk kif bintha ż-żgħira, Krista, għalqet it-18-il sena. F’messaġġ mimli emozzjoni li qasmet fuq il-midja soċjali, Stephanie qalet li ż-żmien għadda malajr u li donnu f’tebqa’ t’għajn bintha kibret u saret adulta.

Hija ddeskriviet lil Krista bħala żagħżugħa b’saħħitha, reżiljenti, determinata u ambizzjuża, filwaqt li faħħret ukoll il-karattru tagħha, billi qalet li hija persuna mimlija mħabba, intelliġenti u b’qalb tad-deheb. Fil-messaġġ tagħha, Stephanie fakkret lil bintha li minkejja li issa għandha l-libertà li tieħu d-deċiżjonijiet tagħha, għandha dejjem tagħżel b’għaqal. B’ċajta żiedet li "id-dar xorta mhux lukanda," frażi li ġabet tbissima fost is-segwaċi tagħha.

Il-preżentatriċi temmet il-messaġġ billi assigurat lil Krista li dejjem se tkun hemm għaliha u li, minkejja li issa saret adulta, għal qalbha dejjem se tibqa’ t-tarbija tagħha. Awguri lil Krista f’dan il-jum speċjali!

Ritratti:

Facebook / Stephanie Chircop

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI