L-atleta Maltija Tenishia Thornton kompliet tikteb l-istorja fil-weightlifting hekk kif spiċċat fis-seba’ post fil-finali tal-kategorija ta’ 69kg, filwaqt li stabbilixxiet rekord nazzjonali ġdid.
Skont il-Malta Weightlifting Association, Thornton fetħet il-kompetizzjoni b’suċċess fis-snatch b’90kg. Għalkemm naqset milli tlesti t-tieni tentattiv tagħha ta’ 93kg, hija rkuprat fit-tielet u l-aħħar tentattiv tagħha, fejn irnexxielha ttella’ t-93kg u b’hekk waqqfet rekord nazzjonali ġdid.
Fil-clean and jerk, Thornton bdiet b’114kg, piż li kien biss kilogramma inqas mill-aqwa riżultat personali tagħha. Hija rnexxielha tagħmel il-117kg f’żewġ tentattivi, iżda ma rnexxilhiex illokkja l-bar fuq rasha fiż-żewġ okkażjonijiet.
Fl-aħħar nett, l-atleta Maltija temmet il-kompetizzjoni b’total ta’ 207kg u kisba impressjonanti tas-seba’ post, riżultat li jkompli jikkonferma l-livell għoli tagħha fix-xena internazzjonali tal-weightlifting.
Facebook / Jesmond Caruana