Tħabbret Il-Mewt Ta’ Charlie “Ir-Relax” – Issa Qed Isir Appell Biex Tinstab Dar Ġdida Għall-Kelb Tiegħu Ozzy

Tħabbret il-mewt ta’ Charlie, magħruf minn ħafna bħala "Charlie r-Relax", aħbar li ħalliet lil dawk li kienu jafuh b’sens ta’ niket.

Fost dawk li sellmulu kien hemm persuna qrib tiegħu, li ddeskrivietu bħala bniedem mimli enerġija u qalb tajba. Fabio jirrakkonta kif kienu jiltaqgħu ta’ spiss għall-kolazzjon u fakkar fil-ġenerożità tiegħu, hekk kif kien jagħti donazzjonijiet regolari b’appoġġ għall-klieb abbandunati.

Intqal ukoll li Charlie kien joħlom li xi darba jinfetaħ santwarju ddedikat għall-klieb abbandunati, xewqa li kienet turi l-imħabba kbira li kellu lejn l-annimali. Fl-istess waqt, saret ukoll appell biex tinstab familja ġdida għal Ozzy, il-kelb ta’ Charlie. Skont il-post, Ozzy qatta’ tliet ġimgħat jgħix waħdu fuq is-sodda ta’ sidu waqt li Charlie kien rikoverat l-isptar.

Issa qed isir appell biex tinstab persuna li tkun lesta tadotta lill-kelb tiegħu Ozzy u tagħtih dar mimlija mħabba, hekk kif tilef lis-sid li tant kien marbut miegħu. Filwaqt li ħafna qed isellmu l-memorja ta’ Charlie "r-Relax", oħrajn qed jittamaw li Ozzy jsib familja li tagħtih bidu ġdid.

Ritratti:

Facebook / Fabio Spiteri

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI