Destiny Tfakkar Lin-Nannu George Bl-Isbaħ Mod

Fejn kien ikun hemm Destiny, kien ikun hemm in-nannu George. Rajnieh magħha fuq Xarabank u dawk li huma ntiżi fl-industrija żgur li mhux l-ewwel darba jew tnejn li ltaqgħu man-nannu George li kien idur b'Destiny minn post għall-ieħor.

Ritratt: Instagram / Destiny

Bħal bieraħ sena, bħal berqa fil-bnazzi n-nannu George ġie nieqes u Destiny fakkret dan il-jum ikrah b'tislima mill-isbaħ. "L-ewwel sena fil-ġenna anġlu tiegħi, nimmisjak u nħobbok ħafna. Grazzi talli kont ta' eżempju għalija f'dak kollu li għamilt tul dawn l-aħħar 16-il sena."

Ritratt: Instagram / Destiny

Naħseb kliem Destiny hu biżżejjed, kliem sabiħ u mill-qalb: "Kont ta spirazzjoni għax kont tgħin u tagħti l-pariri lil kulħadd!" Hi tkompli: "Nirringrazzja lil Mulej li tani persuna bħalek f'ħajti, li bierek is-16-il sena tiegħi b'dak kollu li dejem xtaqt u aktar, u offra s-sapport tiegħu f'dak kollu li kont nagħmel."

Ritratt: Instagram / Destiny

L-aħħar messaġġ tagħha jagħlaq hekk: "Strieħ fis-sliem, inħobbok. Nispera li qed nagħmlek kburija u ibqa ħares fuqi, grazzi talli dejjem miegħi fl-ispirtu... sakemm nerġgħu niltaqgħu."

Aħna ċerti li jinsab kburi b'Destiny u b'dak kollu li għamlet, qed tagħmel u għad trid tagħmel fil-futur.

Instagram / Destiny

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI