“Diffiċli Tispjega L-Ferħ Li Ġibt Miegħek. Wara T-Telfa Ta’ Juan, Il-Ħajja…” – Antoine Magri

Antoine Magri, mill-pjattaforma soċjali tiegħu, iħabbar din l-aħbar sabiħa tat-tarbija li għadu kif kellu flimkien ma’ Solange Magri.

“Għażiża Kate, diffiċli tispjega l-ferħ li ġibt miegħek. Wara t-telfa ta’ Juan, il-ħajja għalina nbidlet. Saret ħajja wisq diffiċli, b’niket u tbatija kbira — imma issa ġejt int, u l-ferħ u l-imħabba li ġibt miegħek huma indeskrivibbli.Inwegħduk li se nħobbuk tul ħajjtek kollha.”

Dawn il-koppja kienu tilfu lil binhom ta’ ħames xhur minħabba l-kanċer ftit ta’ snin ilu. Kienu ngħataw il-Premju Għall-Impatt Soċjali waqt il-Malta Buisness Awards għall-ġid li kienu qed jagħmlu fir-Rainbow Ward lill-tfal u ġenituri oħra.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI