“Jum Speċjali Għal Wieħed Mill-Aktar Missier Iddedikati U Paċenzjuzi” – Amanda Spiteri Grech

Amanda Spiteri Grech qasmet messaġġ sabiħ u mimli emozzjoni ddedikat lil missierha fl-okkażjoni ta’ għeluq sninu. Permezz ta’ post fuq il-midja soċjali, Amanda sellmet lil missierha bħala “wieħed mill-aktar missirijiet iddedikati u paċenzjużi”, filwaqt li rringrazzjatu għall-valuri u t-tagħlim li għaddielha tul is-snin.



Fil-messaġġ tagħha, hija sostniet kemm missierha kien persuna importanti fil-ħajja tagħha, speċjalment għax għallimha biex qatt ma taqta’ qalbha quddiem l-isfidi tal-ħajja. Ilbieraħ kitbet, “Illum jum speċjali għal wieħed mill-aktar missirijiet iddedikati u paċenzjużi. Il-persuna li għallimni ma nieqaf qatt quddiem xejn,” kitbet Amanda fil-post tagħha.



Hija temmet il-messaġġ tagħha b’awguri sinċieri lil missierha fl-għeluq sninu, f’mument li ġibed diversi kummenti ta’ awguri u apprezzament minn dawk li jsegwuha fuq il-midja soċjali. F’isem it-tim ta’ Gwida, nawgurawlu l-isbaħ xewqat u nittamaw li jkollu sena mimlija saħħa, hena u paċi.



Ritratti:

Facebook / Amanda Spiteri Grech

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI