Illum jaħbat għeluq snin persuna importanti immens għall-preżentatriċi u ġurnalista Maria La Barokka Muscat, bintha Aaliyah. Fil-fatt Aaliyah llum qed tiċċelebra għeluq l-20 sena tagħha.
Maria xerrdet diversi ritratti ma’ bintha kif ukoll messaġġ minn qalbha.
Hi tikteb, “Happy Birthday lil binti Aaliyah, li kienet dik li għamlitni omm għall-ewwel darba… Inħobbok bla qies sabiħa tiegħi.”
Tesprimi kemm hi kburija biha u kemm temmen fiha. Tammira l-kwalitajiet sbieħ kollha tagħha.
Awguri minn qalbna Aaliyah! Nixtiqulek ħafna affarijiet sbieħ illum u dejjem!