Waslet il-Police Week 2025, fejn ser jiġu ċċelebrati l-Pulizija ta’ Malta, l-eroj li jipproteġu l-kommunità tagħna kontinwament. Dil-ġimgħa ser jiġu ċċelebrati 211-il sena tal-Pulizija ta’ Malta.
Illejla fis-19:30 f’Buġibba ser ikun hemm avveniment għall-familja, ħdejn l-Aquarium. Ser ikun hemm il-K9 Unit u l-Precision Drill Team. Il-banda tal-Pulizija ser tkun qed toffri mużika għall-okkażjoni.
Ħa jkun hemm anke attivitajiet għat-tfal f’dan l-avveniment. Il-pubbliku kollu hu mistieden jattendi u jappoġġja l-korp tal-Pulizija ta’ Malta.
Grazzi minn qalbna lil dawn l-eroj ta’ dak kollu li jagħmlu!
Facebook/ The Malta Police Force