“Din Hija L-Kawża #1 Li Twassal Biex Adulti Jixorbu Xi Kimika B’Mod Aċċidentali!” – Dipartiment Tal-Informazzjoni

Il-paġna taċ-ċentru tas-saħħa, flimkien mal-paġni taċ-ċentru nazzjonali tal-velenu u d-dipartiment tal-informazzjoni kitbu dwar l-iktar vizzju li jikkawża l-adulti jixorbu l-kimika b’mod aċċidentali.

Fuq il-paġna tagħhom kitbu, “Taħżinx kimiċi fi fliexken tax-xorb! – din hija l-kawża #1 li twassal biex adulti jixorbu xi kimika b’mod aċċidentali! Kemm it-tfal, u anke adulti aljenati, jistgħu jaħsbuh xi xarba. Boqqa waħda tista’ twassal għal emerġenza medika serja! Dejjem aħżen sustanzi kimiċi fil-kontenituri oriġinali tagħhom, b’tikketta ċara.”

Għalkemm faċli ngħidu li mhix se tiġri lilna, f’mument fejn inkunu aljenati, dejjem nistgħu nkunu aħna li nagħmlu dan l-iżball u għalhekk importanti li nħallu l-kimiċi fil-kontenituri oriġinali tagħhom biex nevitaw xi aċċident.





Facebook / Dipartiment tal-Informazzjoni



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI