“Il-Kristjaneżmu M’Għandu Qatt Isir Arma Kontra L-Persuna” – Nicholas Briffa Jikteb Dwar Is-Salib Waqt Il-Pride

Nicholas Briffa qasam riflessjoni tiegħu fuq il-paġna soċjali dwar xena partikolari li ġibditlu l-attenzjoni waqt il-mixja tal-Pride, fejn deher Salib merfugħ waqt li kienet għaddejja l-attività.

Briffa spjega li din ix-xena wasslitu biex jaħseb dwar kif simboli reliġjużi jintużaw f’ċirkostanzi bħal dawn. Huwa qabbel is-sitwazzjoni mal-festa ta’ San Nikola fis-Siġġiewi u staqsa kif iħossu kieku waqt purċissjoni reliġjuża jinġabru persuni apposta tul ir-rotta biex jipprotestaw kontra t-twemmin ta’ dawk preżenti.

Huwa saħaq li kulħadd għandu d-dritt jgħix il-fidi tiegħu, jitlob fil-libertà u anke jkollu l-opinjonijiet personali tiegħu. Madankollu, skont Briffa, hemm differenza bejn li persuna jkollha t-twemmin tagħha u li tużah bħala dikjarazzjoni pubblika kontra grupp ta’ nies.Fir-riflessjoni tiegħu semma wkoll id-dikjarazzjoni tal-Vatikan Dignitas Infinita, filwaqt li enfasizza l-importanza tad-dinjità intrinsika ta’ kull persuna.

Huwa temm ir-riflessjoni tiegħu billi qal: “Il-Kristjaneżmu m’għandu qatt isir arma kontra l-persuna jew grupp ta’ nies,” u rringrazzja lil dawk fi ħdan il-Knisja li jaħdmu biex kulħadd iħossu milqugħ u aċċettat.

Ritratti:

Facebook/ Nicholas Briffa

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI