Il-President Myriam Spiteri Debono Laqgħet Liċ-Ċiklisti Waqt Il-Pellegrinaġġ Lejn Ħaż-Żabbar 

L-Eċċellenza tagħha, il-President ta’ Malta Myriam Spiteri Debono attendiet għall-pellegrinaġġ tradizzjonali tar-roti organizzat mill-Għaqda Pellegrinaġġ Muturi u Roti, attività li ta’ kull sena ssir bi tħejjija għall-festa tal-Madonna tal-Grazzja.

Matul l-okkażjoni, il-President poġġiet bukkett fjuri quddiem l-inkwatru tal-Madonna tal-Grazzja.

Hija kellha wkoll l-opportunità ssellem liċ-ċiklisti hekk kif għaddew minn quddiem il-Palazz ta’ Sant’Anton, fi triqithom lejn Ħaż-Żabbar.

Dan il-pellegrinaġġ huwa wieħed mill-attivitajiet tradizzjonali marbuta mal-festa tal-Madonna tal-Grazzja u għal darb’oħra laqqa’ flimkien għadd ta’ ċiklisti waqt din l-okkażjoni tant speċjali u memorabbli.

Ritratti:

Facebook/ Myriam Spiteri Debono

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI